Knisja Lokali

“Twasslux lin-nies f’tarf ta’ preċepizzju minħabba l-użura” – L-Arċisqof ta’ Malta

“Hi kontra l-liġi u dnub li wieħed jitlob iktar interess milli dak li l-liġi tobbliga.”

Kien dan il-messaġġ waqt l-omelija li saret mill-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna waqt quddiesa li saret dalgħodu mill-kappella tal-Madonna tal-Ħlas, Ħal Qormi.

“Jekk inti tislef lil xi fqir mill-poplu tiegħi, iġġib ruħek miegħu bħal wieħed li qed jgħix mill-użura,” qal l-Arċisqof ta’ Malta.

Hu kompla jgħid li hawn ħafna nies li huma vittma tal-użura minħabba li fost oħrajn għandhom in-negozju sejjer ħażin u oħrajn mhumiex ilaħqu minn xahar għal xahar.

L-Arċisqof ta’ Malta talab biex ma jwasslux lin-nies f’tarf ta’ preċepizzju hekk kif uħud qed jaslu li jtemmu ħajjithom għax ma jkunux kapaċi jħalsu d-dejn tal-użura.

Segwi l-quddiesa kollha u l-messaġġ tal-omelija tal-Arċisqof ta’ Malta fil-link t’hawn taħt:

https://www.facebook.com/ArchdioceseofMalta/videos/792542098211239