Lokali

Żagħżugħ isofri feriti gravi wara inċident bil-mutur

Żagħżugħ ta’ 24 sena qed isofri feriti gravi wara inċident bil-mutur fi Triq ix-Xatt il-Gżira. Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm tal-bieraħ fejn kien hemm ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 53 minn Ħal Qormi, u l-mutur misjuq miż-żagħżugħ minn Raħal Ġdid.

Minnufih fuq il-post marru ħaddiema tal-emerġenza fejn taw l-ewwel assistenza u ħadu lix-xufier tal-mutur lejn l-isptar, hemm ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.