Futbol Sport

Balzan isalvaw punt f’logħba kumbattuta sal-aħħar

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Rowen Camilleri


BALZAN……………2
ĦAMRUN S………..2


Balzan: S. Mintoff (V. Vranes 22’), A. Loof, S. Arab, P. Fenech, E. Mc Woods, S.
Pisani, S. Bezzina (J. William 84’), M. Johnson, U. Ljubomirac, S. Jalu, W. Souza (A. Effiong 72’)
Ħamrun S: J. Debono, M. Guillaumier, J. Mbong, F. Sassere (I. Iriberri 63’), S.
Valero, J. Corbalan, P. Djordjevic (I. Adeshina 79’), K. Micallef, M. Barbosa (J.
Soares 66’), E. Marcelina, D. Borg
Imwissija: E. Marcelina 20’, J. Debono 77’, S. Valero 85’ (Ħ)
Skorjaw: P. Djordjevic 15’, P. Djordjevic 67’ (Ħ), M. Johnson 41’, A. Loof 86’ (B)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Christopher Francalanza u Mark Ciantar
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Predrag Djordjevic (Ħamrun Spartans)
BOV Plejer tal-logħba: Predrag Djordjevic (Ħamrun Spartans)

Ħamrun Spartans u Balzan spiċċaw fi dro ta’ 2-2 f’partita kumbattuta li setgħet marret kull naħa. Sas-86 minuta Ħamrun dehru li ser jirritornaw għar-rebħ meta kienu qedin 2-1 minn fuq iżda Balzan salvaw punt meta ingħataw penalty li nkariga ruħu minnu Augustin Loof li mill 11-il metro ma’ falliex. Wara kwarta logħob Ħamrun Spartans fetħu l-iskor meta Sassere niżżel il-ballun tajjeb bir-ras lejn PREDRAG DJORDJEVIC li mingħar ma qagħad jaħsiba xuttja fil-baxx u għeleb lil Mintoff. Fis-27 minuta Mc Woods għal Balzan ħarab tajjeb fuq il-lemin u saħansitra daħal fil-kaxxa iżda l-cross shot tiegħu ma’ sab lil ħadd u baqa’ sejjer fi throw in. Fil-41 minuta Balzan ġabu d-dro meta l-korner preċiż ta’ Steve Pisani sab lil MICHEAL JOHNSON li għola tajjeb u bir-ras tefa’ wara

Debono. Minuta qabel tmiem il-ħin regolamentari l-Ispartans marru ferm viċin. Kien kross mix-xellug ta’ Joseph Mbong li sab lil Barbosa li wara li qabeż difensur ra l-konklużżjoi tiegħu tiġi milqugħa minn fuq il-linja bil-ballun jiġi għand Djordjevic li tefa’ inkredibilment barra minn taħt il-lasti.
Fit-tieni taqsima Balzan ħarġu fuq l-offensiva u wara ħames minuti logħob il- captain Steve Pisani ittanta xortiħ minn barra l-kaxxa, bil-gowlkiper ta’ Ħamrun iwettaq save brillanti qabel id-difiża begħdet il-periklu. Fis-57 minuta kien Barbosa għal Ħamrun li tefa’ kross fid-direzzjoni taħ Djordjevic li xxuttja mill-ewwel u l-gowlkiper sostitut Vukasir Vranes wettaq save tajjeb u dawwar f’korner. Ħamrun marru fil-vantaġġ fis-67 minuta. Kien il-plejer Matthew Guillaumier li mil-lemin tefa’ kross li sab lil plejer tal-logħba PREDRAG DJORDJEVIC żmarkat għal kollox li bir-ras faċilment għeleb lil Vranes. Ħamrun komplew jattakkaw u fit-72 minuta minn azzjoni personali is-sostitut Imanol Iriberri ttanta xortih minn barra l- kaxxa u b’diffikultà Vranes dawwar f’korner. Fid-79 minuta Ħamrun fallew ċans tad-deheb meta s-sostitut Jorge Soares ġab waħdu lil Mbong iżda dan tal-aħħar minn quddiem Vranes tefa’ barra. Fl-84 minuta, meta t-tliet punti dehru ddestinati lejn Ħamrun, korner ta’ Steve Pisani sab lil Arab li xxuttja mill-ewwel bil-ballun deher jaħbat ma’ jdejn Adeshina u r-referee Philip Farrugia saffar għal penalty. Mill-11-il metru AUGUSTINE LOOF ma’ żbaljax. Il-logħba baqat kumbattuta sal- aħħar iżda l-iskor ma’ nbidilx biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.