Edukazzjoni Lokali

Għaliex it-tfal għandhom jitgħallmu l-Coding? Minn eSkills Malta Foundation

It-tagħlim tal-coding lit-tfal qed isir kuljum iżjed popolari. Bosta intrapriżi pubbliċi u privati bdew iqajmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni. X’inhuma r-rekwiżiti bażiċi li huma tant speċjali importanti għall-coding li jinsabu kważi fil-professjonijiet kollha? Fi kliem ieħor, għaliex it-tfal tal-lum għandhom jiġu mgħallma xi tip ta’ coding?

F’intervista, Steve Jobs kien qal li “Kulħadd f’dan il-pajjiż għandu jitgħallem jipprogramma l- kompjuter minħabba li dan jgħallmek kif taħseb”. Xi ismijiet famużi bħall l-atleta tal-NBA Chris Bosh, l-ewwel inġinier femminili ta’ Facebook Ruchi Sanghv, u l-fundatur tal-Microsoft Bill Gates ukoll jaħsbu bl-istess mod. U t-tagħlim tal-coding jipprovdi xogħol aħjar lil dawk li jitgħalmuh? Assolutament! Għax b’hekk nistgħu ntejbu l-ħiliet tal-mod ta’ kif nirraġunaw, insolvu problema kumplessa u naħsbu b’mod kreattiv billi nitgħallmu l-coding.

Ftit raġunijiet għala t-tfal għandhom jitgħallmu l-Coding:

• It-tagħlim tal-coding m’għandux għalfejn ikun xi ħaġa diffiċli. Wieħed jista’ jitgħallem l-coding sempliċiment billi jitgħallem lingwi ħfief tal-kompjuter bħal “Scratch ”jew“ Python”. Imma hemm aktar lingwi ta’ coding li ġew maħluqa speċifikament għal dawk li jridu jibdew jitgħallmu l-coding b’iktar serjeta.

• L-edukazzjoni fil-coding tagħti lit-tfal ħiliet fil-matematika, xjenza, kif issolvi l-problemi, ‘project-based thinking’, u arti kreattiva. Bil-coding it-tfal qed jiskopru, l-ewwel u qabel kollox, kif jaħdem il-kompjuter. Huwa fatt li l-‘computational thinking’ qed jiġi mgħallem fl-iskejjel illum. Il-‘computational thinking’ huwa mod ta’ kif naħsbu loġikament, norganizzaw u naqsmu d-data biex naslu għal soluzzjonijiet iktar effiċċjenti.

• L-ipprogrammar huwa attwalment bħat-tagħlim ta’ lingwa ġdida. Il-coding isir permezz tal-lingwa tal-kompjuter. Skond l-esperti, huwa aktar faċli li titgħallem il-lingwi f’eta żgħira u dan japplika wkoll biex titgħallem il-lingwa tal-kompjuter.

• Madwar 60% tal-impjiegi l-ġodda fil-futur fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika se jkunu relatati mal-kompjuter.

• Il-coding jipprepara lit-tfal għall-ħajja u l-impjiegi ta’ għada. Kważi l-impjiegi kollha, mhux fis-settur tal-ICT biss, fil-ġejjieni se jinkludu xi tip ta’ coding u dawk il-persuni li tgħallmu il-coding se jsibuwa aktar faċli li jsibu xogħol. Il-coding jista jintuża kullimkien mill-biedja, għal-liġi u għall-mediċina.

• It-tagħlim tal-coding jagħti iktar kunfidenza lit-tfal fit-teknoloġija.

• Il-coding hija wkoll waħda mill-‘liberal arts’. ‘Liberal arts’ huwa l-istudju tal-istorja, letteratura, kitba, filosofija, soċjoloġija, psikoloġija, arti kreattivi, u aktar. B’hekk mod aktar ġenerali, studenti jitgħallmu dan is-suġġett jifformulaw argumenti aktar effettivi, jikkomunikaw sew u jsolvu problem.

Hemm ħafna pjattaformi ta’ programmazzjoni żviluppati għat-tfal. Code.org, Kodable, Tynker, Scratch u Codeacademy huma biss ftit eżempji minnhom. It-tagħlim ta’ dawn u pjattaformi simili fl-iskejjel jew fid-djar se jiftaħ it-triq għall-ġenerazzjonijiet futuri biex jagħrfu aħjar id-dinja li fiha se jgħixu uliedna u jsiru individwi li mhux biss jikkunsmaw it-teknoloġija iżda wkoll jipproduċuha.

Dan l-artiklu tħejja billi inġabru diversi sorsi onlajn disponibbli pubblikament.

Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook.com/ESkills-Malta; www.facebook.com/CodeEUMalta/ jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibgħatilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt