Iċ-Chief of Staff ta’ Donald Trump stqarr li l-Istati Uniti mhux se jirnexxielha tikkontrolla l-pandemija.
Mark Meadows qal li l-uniku mezz li l-virus jista’ jittrażżan permezz tal-vaċċin u terapija relatata.
Hu qal dan fl-isfond taż-żieda qawwija ta’ każi fl-Istati Uniti, disat ijiem biss qabel ma l-Amerikan jixħtu l-vot tagħhom fl-elezzjoni Presidenzjali.
Ħafna Amerikani jpoġġu r-responsabbiltà ta’ kif intilef il-kontroll fuq il virus fl-Istati Uniti fuq il-mod kunflinġenti kif tkellem dwarha tul ix-xhur il-President Donald Trump.
Intant ir-rivali ta’ Trump, Joe Biden, qal li l-White House qed ixxejjer il-bandiera l-bajda hekk kif qed jirrealizzaw li tilfu l-battalja kontra l-virus u saħaq li l-President qed jonqos mill-obbligu primarju tiegħu li jipproteġi lill-poplu Amerikan.
Sa issa mal-225,000 Amerikan miet kawża tal-pandemija – l-akbar numru ta’ vittmi irreġistrati f’pajjiż wieħed.
//= $special ?>