Coronavirus Lokali

Il-Covid-19 jaħsad ħajja oħra f’pajjiżna

Raġel ta’ 73 sena hu l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa permezz ta’ stqarrija fejn qal li  r-raġel irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Ottubru u ddaħħal l-isptar Mater Dei fit-18 ta’ Ottubru. 

L-istqarrija għaldarboħra tgħid li r-raġel kien ibati minn mard kroniku ieħor. 

Din hi t-tmien vittma tal-virus f’sebat ijiem f’pajjiżna.

Sa issa Malta tilfet 53 persuna bil-Covid-19.