“Qedgħin hawn biex noffru politika li biha nissaħħu flimkien bħala pajjiż. U l-imħabba li għandna lejn pajjiżna tnissel fina tama biex nippreżentaw viżjoni politika ġdida għal Malta aħjar”.
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech meta illejla fil-Parlament preżenta r-replika tiegħu għall-Budget 2021.
Bernard Grech stqarr li ċ-ċavetta tal-futur tinsab f’idejna. “Irridu naddottaw ħsieb li jwessa’ l-orizzonti tagħna”.
Aħna ninsabu hawn biex inservu l-interess tal-poplu, sostna Bernard Grech.
Matul id-diskors tiegħu, Bernard Grech sellem b’mod partikolari lill-frontliners li huma fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-pandemija.
Dettalji tad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni fis-sezzjoni PARLAMENT f’dan l-istess sit.
//= $special ?>