Ma taqta’ xejn it-tensjoni fil-Belarus bil-Pulizija jirrikorru għall-użu ta’ stun grendes fuq id-dimostranti. Dan hekk kif il-mexxejja tal-Oppożizzjoni tal-pajjiż Svetlana Tikhanovskaya qed issejjaħ għal strajk Nazzjonali.
Għall-aġir tal-Pulizija, Tikhanovskaya stqarret li r-reġim tal-pajjiż wera’ għal darboħra lin-Nazzjon li hu kapaċi biss li juża l-forza.
Il-Mexxejja tal-Oppożizzjoni tal-Belarus tinsab eżiljata fil-pajjiż ġar, il-Litwanja. Hi kienet tat ultimatum lill-President Alexander Lukashenko biex sal-Ħadd filgħaxija jirreżenja, b’Tikhanovskaya tgħid li jekk huwa ma jagħmilx dan, hi kienet se ssejjaħ għal strajk mil-lum it-Tnejn.
Il-poplu tal-Belarus ilu sa mid-9 t’Awwissu li għadda ta kull tmiem il-ġimgħa jinżel jipprotesta fit-toroq. Dakinhar, Lukashenko, li ilu fil-poter sa mill-1994, kien ħabbar li kien reġa’ rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali.
//= $special ?>