Għawdex Lokali

Ingliż iweġġa gravi wara li ċeda taraġ bih

L-Isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Raġel Ingliż ta’ 55 sena joqgħod Kerċem, Għawdex, weġġa’ gravi f’inċident, f’Għawdex.

Għall-ħabta tal-11.30am intalbet l-għajnuna tal-Pulizija biex tassisti
fi Triq il-Kavallieri, ix-Xlendi limiti tal-Munxar.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel waqt li kien nieżel, it-taraġ ċeda bih.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilli u tim mediku assistew lir-raġel u ttieħed lIsptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejji