Lokali Qorti

Jammetti li mporta ponn tal-ħadid

Raġel ta’ 31 sena minn Ħal-Qormi ammetta quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li f’jum Santa Marija tas-sena l-oħra huwa kellu fil-pusses tiegħu ponn tal-ħadid.

Stephen Fenech ammetta li fil-15 ta’ Awwissu tal-2019 fl-ajruport internazzjonali kellu arma rregolari mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Kien fil-15 ta’ Ottubru li għadda li Fenech ammetta l-akkużi miġjubin kontrih b’rabta mal-ponn tal-ħadid bid-difiża titlob lill-Qorti li piena karċerarja m’għandhiex tkun l-aħjar waħda fiċ-ċrikostanzi.

Il-Qorti kkunsidrat l-ammissjoni tal-imputat u ordnat ukoll il-konfiska tal-arma u mmultatu €700. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Silvio Magro.