Internazzjonali

Meħlus tanker li kien inħataf minn klandestini

L-ekwipaġġ tat-tanker Nave Andromeda jinsab qawwi u sħiħ wara li madwar sittax-il uffiċjal tas-servizzi speċjali magħrufa bħala Special Boats Services telgħu abbord f’nofs ta’ lejl u reġgħu ħadu l-kontroll tal-vapur.

Dan wara li aktar kmieni xi klandestini li kien irnexxielhom jitilgħu abbord il-vapur kienu ħatfu l-kontroll tat-tanker.

Is-servizzi speċjali ġabu s-sitwazzjoni mill-ġdid taħt kontroll għaxar sigħat wara li l-persuni li kienu telgħu abbord irregolarment kien irnexxielhom jaħtfu l-vapur.

Il-Pulizija ta’ Hampshire qalu li kienu rċevew rapporti li għadd ta’ klandestini abbord il-vapur kienu qed jheddu lill-ekwipaġġ ftit wara l-10.00am tal-Ħadd hekk kif kienu fi triqthom lejn Southampton minn Lagos fin-Niġerja.