Lokali Qorti

Mhux ħati li fera anzjan li kien se jtajjru b’karozza – għamel dan b’self-defence

Raġel miż-Żurrieq li kien instab ħati li fera persuna ta’ aktar minn 60 sena, wara li mbuttah minn fuq taraġ ġie illiberat mill-Qorti tal-Appell wara li rriżulta li l-anzjan tela’ għalih b’aggressjoni u għalhekk l-akkużat Jonathan Camilleri kellu jiddeffendi lilu nniffsu u anke laqa’ b’idejn.

Dan kollu seħħ meta Carmel Grixti ftit qabel kien se jtajjar lil Camilleri bil-karozza, bl-akkużat jagħmel xi mossi fil-konfront tiegħu. Grixti kien baqa’ jsegwih sakemm tela’ b’rabja għalih it-taraġ, bl-anzjan jispiċċa jaqa’ għal għall-isfel isfel u jsofri xi ġrieħi.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imhallef Consuelo Scerri Herrera illiberat lil Jonathan Camilleri ta’ 36 sena li kien instab ħati li kkaġuna ferita gravi fuq anzjan, li kien ingħata sentenza sospiża mill-Ewwel Qorti.

L-inċident seħħ fit-12 ta’ April, 2018, għall-habta tas-7:30am fiż-Żurrieq fejn Camilleri kien instab ħati li mingħajr il-ħsieb li joqtol jew jqiegħed il-ħajja f’ periklu car ikkaġuna ferita ta’ natura gravi fuq il-persuna ta’ Carmel Grixti, liema persuna ghalqet is-60 sena.

Kien instab ħati wkoll li nġurja, hedded jew ipporovka, b’mod li ħareġ barra mill-limiti tal-provokazzjoni. Huwa kien ġie ikkundannat 18-il xahar priġunerija sospiżi għal sentejn.

Camilleri appella mis-sentenza fuq diversi binarji fosthom li huwa ddeffenda lilu nniifsu u fuq żewġ rapporti konflinġenti magħmula minn esperti nominati mill-Qorti dwar in-natura tal-ferita li sofra minnha Carmel Grixti.

Kien sar rapport mill-Konsulent Fredrick Zammit Meampel, rikonoxxut bħala wieħed mill-aħjar speċjalisti fl-ortopedija, li wasal għall-konklużjoni li l-ferita kienet waħda ħafifa, u ieħor minn Dr. Mario Scerri li wasal ghal konklużjoni li l-ferita kienet wahda gravi peress li ngħad li ksur ma jfieqx fi żmien tliet ġimghat.

Camilleri qal li dan joħloq dubju raġonevoli dwar in-natura tal-ferita. Qal li l-Qorti tal-Maġistrati dehrilha li għandha tiskarta dak li xehed dwaru l-espert ortopediku u toqħgod fuq l-espert medico-legali li kien qal li eżamina r-records tal-isptar li ma jidhrix li dawn ġew ġuramentati.

Dwar l-inċident inniffsu Camilleri qal li mhemmx dubju li meta seħħ l-inċident kien Carmel Grixti li tela’ t-taraġ sal-quċċata tiegħu fejn kien hemm hu u dan wara li l-istess Grixti kien waqqaf il-karozza tiegħu f’nofs it-triq u ħalla l-bieba tan-naħa tiegħu miftuħa.

L-Ewwel Qorti kienet qalet “…illi l-allegat vittma tgerbeb it-taraġ…..” M’hemmx dubju wkoll illi kull ma għamel Camilleri kien illi ghall-aggressjoni f’salt ta’ Carmel Grixti li tela’ għalih it-taraġ b’mod aggressiv, li laqa’ b’idejh, stint naturali li wieħed jagħmel meta xi ħadd jiġi attakkat.

L-appell jgħid ukoll l-Ewwel Qorti waslet għall-konklżzjoni li Camilleri imbotta lill-anzjan, l-azzjoni ta’ Camnilleri huwa qal tista’ tigi interpretata li meta ħareġ idejh biex jilqa’ għall-aggressjoni dan ħabat ma jdejh u b’hekk din tgerbeb it-taraġ, jew meta ħareġ idejh biex jilqa’, laqtu u spiċċa waqa’. F’każ ta’ dubju ragonevoli dan għandu jmur favur l-akkużat, sostna Camilleri.

Il-Qorti tal-Appell qalet li ma taqbilx mas-sentiment u raġunar ta’ l-Ewwel Qorti u meta Camilleri ġie mistoqsi mill-Qorti x’għamel meta ra lill-anzjan tiela’ t-taraġ għalih, tenna li mar jagħti għal fuqu u huwa laqa’ b’idejh.

Il-Qorti fliet ix-xhieda ta’ Camilleri li stqarr f’mument minnhom li fil-fatt seta kien li mbotta, iżda wara li l-anzjan ukoll kien xeba’ joffendih, kien irrabjat u wara li ħareġ mill-karozza għamel il-ponn għalih waqt li kien tiela’ t-taraġ għas-sodisfazzjon. Dan meta seta’ faċilment baqa’ fil-karozza jew jibqa’ jsuq.

L-ewwel inċident seħħ meta Jonathan Camilleri kien għaddej jiġri u f’ħin minnhom ħass li lil Grixti li kien kważi tgħajjru. Kien ukoll se jtajjar ragel ieħor li kien qed jiġri.

Fl-ebda ħin ma huwa avviċinah, anzi baqa’ għaddej għal triqtu. Pero għamel xi mossa lejn ix-xuffier anzjan biex jattira l-attenzjoni dwar is-sewqan tieghu. Kien Grixti li baqa jsus wara Camilleri isuq u li għafas il-ħorn biex jurih li kien dejqu bil-mossa li kien għamillu.

Tant kien dejqu li baqa’ baqa’ sakemm niżel mill-karozza tiegħu tela’ it-taraġ u mar għas-sodisfazzjoni. Mhux talli hekk iżda jidher ukoll li wara li Grixti waqa’ ma l-art dan qam u reġa mar jiġġieled din id-darba bil-papoċċa tieghu f’idejh jagħti lil Camilleri. Dan il-fatt hu konfermat miċ-ċertifikat mediku li jikkonferma li Camilleri wkoll sofra xi ġriehi, qalet il-Qorti.

Huwa minnu li Camilleri kien fil-parti ta’ fuq tat-taraġ iżda li kieku Grixti ma telgħax it-taraġ u jfittex is sodisfazzjoni ma kienx ikun hemm kuntatt bejneithom.

Camilleri wara niżel it-taraġ biex jieħu n-numru tal-karozza ta’ Grixti peress li ma kienx jafu biex meta jmur għand il-Pulizija ikun jista’ jidentifikah. Dan fil-fatt qalet il-Qorti hu konfermat ukoll minn Marcel Attard Baldacchino li huwa ġar ta’ Camilleri li qal li rah jieħu ritratti u meta mar iwaqqfu qallu ‘tindaħalx’

Il-Pulizija lie kien fl-Għassa wkoll ikkonferma li meta l-Camilleri mar jgħamel rapport huwa ma kienx jaf minn kien aggredih iżda tah in-numru tal-vettura tiegħu u waslu għal Grixti.

Il-Qorti tenniet li Camilleri huwa konsistenti f’dak li qal u kien ikkonfermat ukoll li Grixti kien irrabjat ħafna huwa u jindirizza lil Camilleri. Meta wieħed jeżamina dak li qal Camilleri meta mistoqsi mill-Qorti, fuq meta kien qed joffednih u javviċinah, qal li baqa’ fuq fl-indana tat-taraġ u beda jgħidlu “Kont ħa ttajjar tnejn min nies’ u Grixti wieġbu ‘ Ma tgħajjartkomx, ma tgħajjartkomx.” Camilleri qal li minkejja dan xorta baqa’ riesaq lejh .

Kuntrarjament ghal dak li qalet l-Ewwel Qorti fis-sentenza tagħha li kien Camilleri li niżel it-taraġ biex jaffronta lil Grixti, l-fatti juru li fl-aħħar żewġ tarġiet, l-anzjan beda jerfa jdejh u Camilleri mar ‘jilqa.’

Camilleri qal fuq domanda tal-Qorti, “kien ġej bil-ponn, u ġej għalija u jien hekk ħadtha dak il-ħin….ġej jagħti għal fuqi.” Qal ukoll li ghalhekk laqa’ b’idejh’.

Grixti min naħa tiegħu meta ġie mistoqsi għaliex waqaf bil-karozza qal, “dehrli li kelli nieqaf għar-raġuni li hu kien qiegħed jistennini fit-taraġ.” Qal ukoll li waqt li kien fil-karozza u Camilleri għamillu xi mossa b idejh , waqqaf il-karozza u staqsih jekk ridx jgħidlu xi ħaġa.

Il-Qorti hija tal-fehma fil-kwadru tal-fatti kif imresqa, Camilleri verament aġixxa’ in legittima difesa’ tiegħu u dan għaliex rinfaċċjat b’dik is-sitwazzjoni fejn Grixti l-ewwwel kien se jtajjru, imbagħad baqa’ jsegwih idoqq il-ħorn.

Wara niżel mill-vettura tiegħu u tela’ it-taraġ għas-sodisfazzjoni, meta huwa ma kien għamillu xejn ħlief xi mossi biex jattiralu l-attenzjoni tiegħu ghas-sewqan tiegħu.

Jirriżulta li kien qed jgħajjat, joffendih u kelmu hażin u jagħmel il-ponn u dan l-aġir għalhekk ma ħalla l-ebda triq ohra lil Camilleri li kien fuq saqajh, li jimbotta lil Grixti l-isfel sabiex ma jkomplix bl-aggressjoni tiegħu u jipproteġi l-persuna tiegħu.

Kien Grixti li ħoloq dan l-inċident meta niżel mill-karozza tiegħu u mar jaffronta Camilleri li kien bi kwietu fit-triq. Għaldaqstant il-Qorti tal-Appell irrevokat is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati u laqgħet it-talba ta’ Camilleri li dak li għamel għamlu permezz ta’ ‘self defence’ u għaldaqstant ġie illiberat minn kull akkuża.