Lokali

Ħaddiema evakwati minn uffiċju fi Triq l-Ifran wara li ħa n-nar kumpressur

Għadd ta’ vetturi tal-Pulizija kif ukoll tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa jinsabu fi Triq l-Ifran il-Belt Valletta wara li ġew irrappurtati nirien f’binja f’din it-triq.

Minn informazzjoni li ksibna jidher li żviluppaw nirien minn kompressur tal-arja kundizzjonata f’uffiċċju li fih kien hemm xi ħaddiema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:20pm.

B’xorti tajba jidher li l-ħaddiema inħarġu kollha qawwijin u sħaħ.