Għawdex Lokali

Raġel mill-Ghana jaqa’ żewġ sulari f’pixxina vojta

Raġel mill-Ghana joqgħod Marsalforn, Għawdex, weġġa’ gravi f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am, meta ntalbet l-għajnuna tal-Pulizija biex tassisti fi Sqaq ix-Xagħri, ix-Xagħra.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u ġie f’qiegħ ta’ pixxina vojta.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Tags