Internazzjonali

7 persuni jmutu fi splużjoni fil-Pakistan

Splużjoni fi skola reliġjuża fil-belt tal-Majjistral tal-Pakistan ta’ Peshawar ħalliet mill-inqas seba’ persuni mejta u 70 oħra midruba, bosta minnhom tfal.  

L-inċident seħħ fil-Moskea li sservi wkoll ta’ skola reliġjuża għat-tfal tal-post. L-ewwel rapporti indikaw li dan ma kienx attakk suwiċida… iżda kien hemm splussivi f’basket miżmum fil-binja.