Lokali

Anzjan isofri ġrieħi gravi

Anzjan ta’ 88 sena residenti l-Imġarr, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.

Illum, għal ħabta ta’ 11:45am, il-Pulizija intalbet tassisti fi Triq il-Ganfra.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li karozza tat-tip Chevrolet, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 46 sena li toqgħod l-Imġarr, laqtet lill-vittma. Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.