Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 107 każi ġodda pożittivi

Ifiqu 85 persuna

Għal ġurnata oħra pajjiżna reġa’ rreġistra numru għoli ta’ każi pożittivi ġodda… 107 każi ġodda.

Fuq nota iktar pożittiva kien hemm 85 persuna li fiequ minn dan il-virus.

Mill-każi mħabbra lbieraħ, disgħa kienu membri tal-familja, ħames persuni ħadu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol, ħames persuni kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, żewġ każijiet kienu impurtati u tliet persuni ttestjaw pożittivi wara li attendew attività soċjali. Il-bqija tal-każi, li jammontaw għal kważi sittin, kienu kollha sporadiċi hekk kif ma jafux minn fejn laqtu dan il-virus.