Il-vittmi jitilgħu għal 55
Mara ta’ 88 sena tilfet ħajjitha aktar kmieni llum waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.
L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva fl-20 ta’ Ottubru u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fil-21 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet aktar kmieni llum.
Għal darb’oħra, il-Ministeru tas-Saħħa enfasizza li l-anzjana kienet tbati minn mard kroniku ieħor.
//= $special ?>