Tottenham kisbu rebħa minima ta’ 1-0 meta f’Turf Moor għelbu lil Burnley bil-gowl jasal kwarta mit-tmiem. Iż-żewġ timijiet ħolqu numru ta’ opportunitajiet biex jiftħu l-iskor iżda kien HEUNG-MIN SON li minn cross ta’ Harry Kane skorja l-gowl uniku tal-partita.
Fl-AMEX Stadium Brighton u West Browmich Albion temmew fi draw ta’ 1-1. Brighton marru fil-vantaġġ fl-40 minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ JAKE LIVERMORE. It-tim ta’ Slaven Bilic ġab id-draw seba’ minuti mit-tmiem b’gowl skorjat minn KARLAN GRANT.
//= $special ?>