Lokali

Imfittxa anzjana li ġiet irrapurtata nieqsa

Imelda Maria Frendo, ta’ 77 sena residenti l-Qawra, ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li rapporti li kellhom juru li dehret l-aħħar fl-inħawi tal-Gżira.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-mara, hu mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, ankè b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 jew fuq 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.