Futbol Sport

Inter miżmuma fi dro mingħajr gowls

(Ritratt: EPA)

Fi Grupp B, Inter kienu miżmuma fi dro ta’ mingħajr gowls minkejja diversi tentattivi lejn il-lasta. Inter kellhom dominju tal-pussess, u laqtu l-lasta darbtejn permezz ta’ Romelu Lukaku u Nicolo Barella. Din fissret it-tieni dro konsekuttiva fiċ-Champions League għat-tim Taljan, wara li l-partita preċidenti wkoll spiċċat fi dro ta’ 2-2 kontra Borussia Monchengladbach.

Fi Grupp A, Bayern Munich ħarġu rebbieħa 2-1 kontra Lokomotiv Moskow, biex issa għandhom żewġ rebħiet minn daqstant logħob. Il-Ġermaniżi fetħu l-iskor fit-13-il minuta wara li Benjamin Pavard niżżel il-ballun tajjeb lil Leon GORETZKA u tefa’ fix-xibka. Lokomotiv kellhom jistennew sas-70 minuta biex ġabu d-dro minn xutt ta’ Anton MIRANCHUK minn pożizzjoni ideali. Ftit minuti wara, u Bayern Munich skorjaw il-gowl tar-rebħa minn xutt minn barra l-kaxxa ta’ Joshua KIMMICH.