Lokali

Josef Cuschieri maħtur kunsillier fil-Ħamrun

Josef Cuschieri nħatar kunsillier ġdid fil-Kunsill Lokali tal-Ħamrun biex b’hekk ħa post Louise Tedesco li fl-aħħar ġranet rreżenjat minn din il-pożizzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Gvern Lokali u l-Komunitajiet, Karl Gouder flimkien mal-President Kulleġġ Kunsillieri Lokali PN (KKLPN), Charles Bonello, awgura lil Cuschieri għal din il-ħatra l-ġdida filwaqt li rringrazzjaw lil Louise Tedesco għall-ħidma tagħha fi ħdan l-istess Kunsill Lokali fis-snin li għaddew.

L-istqarrija tispiċċa billi tfakkar li Louise Tedesco kienet strumentali sabiex tul iż-żmien li okkupat din il-kariga twassal ilmenti ta’ diversi residenti u kienet rappreżentanta denja tal-Partit Nazzjonalista fil-lokal.