L-MFA qiegħda tikkollabora mal-FARE Network fil-moviment internazzjonali biex tippromovi l-inkluzjoni soċjali permezz tal-futbol.
#FootballPeople hija kampanja globali bil-għan li tindirizza d-diskriminazzjoni u tiċċelebra d-diversità fil-futbol. #FootballPeople tgħaqqad lill-partitarji, il-klabbs, il-plejers, il-gruppi minoritarji u l-komunitajiet affettwati mid-diskriminazzjoni biex iqajmu iżjed għarfien fuq l-ugwaljanza u l-inklużjoni.
Għal numru ta’ ġimgħat f’Ottubru, 150,000 persuna qed jieħdu sehem fl-avvenimenti ta’ #FootballPeople f’aktar minn 60 pajjiż, inkluża Malta. L-MFA, permezz tad-Dipartiment tar-Responsabbiltà Soċjali tal-Futbol, enfasizzat il-parteċipazzjoni tagħha permezz ta’ attività qabel il-partiti tal-BOV Premier League tal-Ħamrun v Balzan u Sliema v Birkirkara fis-Centenary Stadium, u t-tqassim ta’ materjal promozzjonali f’numru ta’ skejjel.
Fil-ġimgħat li ġejjin, l-MFA se tkun qed tiffinalizza ftehim ta’ sħubija mal-Aġenzija għall-Benesseri ta’ dawk li jfittxu l-Ażil.
Il-MFA dejjem emmnet li l-logħba tal-futbol hija fundamentali għall-inkluzjoni soċjali tal-komunitajiet, irrispettivament mill-età, sess, razza u abilità.
//= $special ?>