Futbol Sport

Milan jibqgħu mingħajr telfa dan l-istaġun

Milan baqgħu mingħajr telfa dan l-istaġun meta fi Stadio San Siro temmew fi draw ta’ 3-3 kontra Roma.

Milan fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti permezz ta’ ZLATAN IBRAHIMOVIC wara li rċieva cross tajjeb mingħand Leao. Roma rrispondew u fl-14 -il minuta EDIN DZEKO għamilhom 1-1 b’daqqa ta’ ras tajba minn corner ta’ Pellegrini. Man-nofsiegħa logħob Milan resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Kjaer ħabtet mal-lasta.

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Milan għamluhom 2-1 b’konklużjoni mill-viċin ta’ ALEXIS SAELEMAEKERS. Roma ġabu d-draw fis-70 minuta permezz ta’ penalty ta’ JORDAN VERETOUT. Disa’ minuti wara Milan għal darb’oħra fil-vantaġġ permezz ta’ penalty ta’ ZLATAN IBRAHIMOVIC. Roma salvaw punt sitt minuti mit-tmiem meta mill-viċin MARASH KUMBULLA għamilhom 3-3.