Id-disa' vittma f'temp ta' ġimgħa
Raġel ta’ 70 sena huwa l-54 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Ir-raġel iddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ.
Għal darb’oħra l-Ministeru tas-Saħħa qal li l-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.
//= $special ?>