Fi Grupp D tal-UEFA Champions League, Liverpool akkwistaw it-tieni rebħa konsekuttiva wara li għelbu 2-0 lil Midtjylland. Liverpool kellhom jistennew sat-tieni taqsima biex kisbu l-vantaġġ, meta fil-55 minuta tqassim tajjeb bejn diversi plejers poġġa lil Diego JOTA f’pożizzjoni faċli għal gowl. Mohamed SALAH aċċerta mir-rebħa wara li skorja minn penalty mogħti fl-aħħar sekondi tal-logħba.
Rimonta ta’ Atalanta waqfet lil Ajax milli kisbu t-tliet punti, fi dro ta’ 2-2. Ajax fetħu l-iskor wara n-nofsiegħa logħob meta ngħataw penalty, b’Dusan TADIC inkwadra mill-11-il metru. Tmien minuti wara, Ajax irdjoppjaw wara li l-gowlkiper ta’ Atalanta ma laqax tajjeb u Lassina TRAORE ħataf l-okkażjoni u tefa’ fix-xikba. Fit-tieni taqsima bdiet ir-rimonta ta’ Atalanta. Duvan ZAPATA naqqas id-distakk fl-54 minuta wara li kross ta’ Alejandro Gomez skorja b’daqqa ta’ ras. Fis-60 minuta, l-istess ZAPATA ġab id-dro minn xutt b’saħħtu f’pożizzjoni angolata.
Fi Grupp A, Atletico dawru telfa f’rebħa wara li kienu wieħed minn taħt biex rebħu l-partita 3-2 kontra Leipzig. Marcos LLORENTE fetaħ l-iskor għal Atletico Madrid wara n-nofsiegħa minn xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa bil-gowlkiper isibha diffiċli biex jilqa’. Minuti qabel il-mistrieħ, Dominik SZOBOSZLAI ġab id-dro, u Mergim BERISHA dawwar l-iskor favur Leipzig fis-47 minuta. L-Ispanjoli rrispondew immedjatament wara li pass ta’ Angel Correa ġab lil Joao FELIX quddiem lasta vojta fejn ma żbaljax. L-istess FELIX skorja l-gowl tar-rebħa fil-85 minuta.
Fi Grupp C, Manchester City iddominaw ir-rebħa ta’ 3-0 kontra Marseille. Fit-18-il minuta, żball fid-difiża ta’ Marseille wassal għal gowl ta’ Ferran TORRES. Ilkay GUNDOGAN kabbar il-vantaġġ fis-76 minuta wara li pass ta’ Raheem Sterling ġabu f’pożizzjoni komda quddiem il-lasta. It-tielet gowl tat-tim Ingliż wasal ftit minuti qabel it-tifsira finali, wara li pass ta’ Kevin De Bruyne sab lil Raheem STERLING li quddiem il-gowlkiper ma falliex.
Porto ħarġu rebbieħa 2-0 fil-konfront kontra Olympiacos . Fabio VIERA poġġa lil Porto fuq quddiem wara 11-il minuta biss. Il-Portuġiżi kellhom jistennew sal-85 minuta biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa, meta kross ta’ Moussa Marega sab lil Sergio OLIVEIRA li bir-ras xeħet fix-xibka.
Fi Grupp B, żewġ gowls fl-aħħar minuti ta punt lil Real Madrid wara li temmew fi dro ta’ 2-2 kontra Borussia Monchengladbach. Marcus THURAM fetaħ l-iskor fit-33 minuta, bl-istess THURAM irdoppja qabel is-siegħa logħob. Real Madrid stennew sas-87 minuta biex reġaw daħlu lura fil-partita, wara li gowl ta’ Karim BENZEMA u ieħor ta’ CASEMIRO tliet minuti wara ċaħħad lil Ġermaniżi milli jiksbu t-tliet punti.
//= $special ?>