Futbol Sport

“Sparawli qabel ma kont ħadt id-deċizjoni jekk hux se nerġa’ nikkontesta għal President tal-MFA” – Norman Darmanin Demajo

L-eks President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo tkellem għall-ewwel darba fil-media wara li spiċċa minn President tal-MFA, 15-il xahar ilu. Hu għamel dan f’intervista ma’ Christian Micallef, fil-programm Replay li xxandar nhar il-Ħadd li għadda fuq Net Television.

F’intervista tassew interessanti, Darmanin Demajo kien ċar u dirett fir-risposti tiegħu. B’domandi iebsin, diretti u pertinenti, Micallef tkellem ma’ Darmanin Demajo dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-President attwali, u allura s-suċċessur tiegħu fl-MFA, Bjorn Vassallo kif ukoll x’relazzjoni għandu llum mal-eks Viċi President tal-MFA, l-Avukat Chris Bonett, b’dan tal-aħħar kien l-avukat difensur tiegħu fil-kawżi li hu kellu kontra Dr Joe Mifsud fil-Qorti. Aktar minn hekk, f’Lulju tal-2019, Dr Bonett kien il-kandidant kontestant l-ieħor, fl-elezzjoni għall-President tal-MFA.

F’din l-intervista Darmanin Demajo jgħid li hu tilef ħbieb minħabba l-futbol u dan il-fatt idejqu u jnissel dispjaċir fiħ. Darmanin Demajo tkellem ċar u filwaqt li ammetta li hu kien favur li Vassallo ssir President tal-MFA, hu spjega eżatt x’dejqu fl-aħħar elezzjoni tal-Presidenza tal-MFA, mill-kamp tal-kandidat l-ieħor, Dr Bonett. Fl-istess intervista, Darmanin Demajo tkellem dwar il-predeċessur tiegħu fl-MFA, Mifsud hu jgħid li r-relazzjoni ta’ bejnithom qatt ma tista’ terġa’ tkun tajba wara dak li ġara.

Segwi l-intervista kollha permezz ta’ dan il-link mill-paġna ta’ Replay fuq Facebook: