Għawdex Kultura Lokali

Suċċess għat-tenur Għawdxi Angelo Muscat fil-Bulgarija

L-Għawdxi Angelo Muscat huwa wieħed minn għaxar kantanti minn madwar id-dinja li ġew magħżula biex jieħdu sehem fit-tielet edizzjoni tal-Omega Opera Workshop and Audition li saret dan l-aħħar f’Sofia fil-Bulgarija.

Il-kantanti li kienu ġejjin minn Għawdex, Russja, Ġappun, Serbia, Malasja, Spanja u Latvia ħadmu fuq it-teknika tagħhom waqt lezzjonijiet iffukati fuq il-vuċi li kien ikollhom ta’ kuljum. Dawn kienu mmexxija minn taħt Krum Galdrov u Daniela Diakova li huma ferm rinomati f’pajjiżhom. Dawn tal-aħħar faħħru mhux ftit lit-talent Għawdxi fejn saħansittra qalu li b’iktar ħidma jista’ jsir magħruf mad-dinja kollha.

Apparti mit-taħriġ, il-kantanti, fosthom Angelo, ħadu sehem f’kunċert fil-House Museum of  Boris Christoff.