Internazzjonali

Tinstab sikka tal-qroll fl-ibħra Awstraljani

Fil-Great Barrier Reef tal-Awstralja ġiet skoperta sikka tal-qroll twila 500 metru meqjusa itwal minn uħud mill-aktar skajskrejper twal tad-dinja.

Xjentisti li sabu l-Coral Reef qalu li ilha ma tinstab waħda fit-Tramuntana tal-Awstralja aktar minn 120 sena.

Is-sikka ġiet skoperta għall-ewwel darba fl-20 ta’ Ottubru, hekk kif issa ix-xjentisti lestew numru ta’ mapep taħt l-ilma baħar hekk kif issa għandhom aktar għarfien fuq din is-sikka. Dan kollu sar waqt li kienet qed issir riċerka minn fuq il-bastiment li jġib l-isem ta’ Falkor.

Ħafna qed iqisu din is-sejba bħala waħda kruċjali, meta hemm tħassib kbir fuq kif is-sikek tal-qroll qed ikunu meqruda minħabba t-tibdil fil-klima.