Lokali

Ċiklist bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħal Għaxaq

Arkivji

Raġel minn Santa Luċija kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident bir-rota.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16.00 tal-Erbgħa waranofsinhar, fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, f’Ħal Għaxaq meta għal xi raġuni ċ-ċiklist ta’ 62 sena tilef il-kontroll tar-rota bil-konsegwenza li weġġa’.

Fil-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.