Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: “Ħamest ijiem fuq il-ventilator – salvawli ħajti” – pazjent li kien fl-ITU

Ritratt: Martin Agius

“Kif tista’ tħallsilhom lit-tobba u l-infermiera tal-ITU? Salvawli ħajti, 5 ijiem fuq ventilator, iżda issa qieghed fl-Infectious Disease Unit”.

Kien dan il-messaġġ b’saħħtu li twassal mit-tabib Frank Portelli f’isem persuna li kienet għal dawn l-aħħar jiem rikoverata fl-ITU, wara li dan ir-raġel ittestja pożittiv għall-Coronavirus.

“Iħossu mkisser, imma se jirkupra” kiteb Portelli fuq Facebook.

Sfortunatament, fl-aħħar 24 siegħa kellna vittma oħra tal-Covid-19, iżda stejjer bħal dawn joffru tama lil dawk kollha li preżentament qed jingħataw assistenza kontinwa fl-ITU minħabba li sfaw infettati bil-virus.

Bħalissa f’pajjiżna għandna kważi 2,000 każ attiv ta’ Coronavirus.