Lokali

Għawdxi bi ġrieħi gravi wara ħabta fix-Xewkija

Raġel mix-Xewkija kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ ftit wara s-0700hrs tal-Erbgħa filgħodu fi Triq l-Imġarr, fix-Xewkija stess, meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn vann mijsuq minn raġel ta’ 31 sena mix-Xewkija ukoll, u karozza misjuqa mill-vittma ta’ 44 sena.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.