Coronavirus Lokali

Il-vittmi tal-Covid-19 f’Malta jitilgħu għal 56

Mara ta’ 89 sena hija l-aħħar vittma tal-virus f’pajjiżna.

Il-Mara kienet iddaħħlet l-isptar Mater Dei ħamest ijiem ilu fejn kienet irriżultat pożittiva għall-Covid-19.

Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet ilbieraħ filgħaxija. 

Bħal ma hi drawwa fl-istqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa li ħabbret il-mewt tal-mara intqal ukoll li din l-aħħar vittma kienet tbati minn mard kroniku ieħor. 

F’dawn l-aħħar tmint ijiem il-Covid-19 ħasad ħdax il-ħajja f’pajjiżna.