Coronavirus Lokali

Irreġistrata t-tieni vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna fi ftit sigħat

Raġel ta’ 91 sena huwa t-tnax-il vittma tal-Covid-19 fi tmint ijiem f’pajjiżna, medja ta’ kważi żewġ vittmi kuljum fl-aħħar ġimgħa.

Skont il-MInisteru tas-saħħa, l-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-16 ta’ Ottubru u kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum. 

L-istqarrija insistiet bil-prassi li tgħid li l-anzjan kienet ibati minn mard kroniku ieħor.

Sa issa f’pajjiżna l-pandemija ħalliet 57 vittma.