Coronavirus Lokali

“Is-sitwazzjoni tal-istudenti u l-għalliema tal-Middle Class f’Għawdex mhix aċċettabbli fi żminijiet diġà diffiċli bil-pandemija” – PN


Mhux aċċettabbli li l-istudenti u l-għalliema Għawdxin qed ikollhom isofru storbju u trab fil-klassijiet tagħhom minħabba nuqqas ta’ pjan tal-Gvern Laburista dwar kif jibni proġetti li ilu jwiegħed u jaqa’ lura fihom snin. Il-proġetti tal-Gvern m’għandhomx itellfu t-tagħlim jew ixekklu ambjent san għall-istudenti u l-għalliema fl-iskola li qed jagħmlu xogħolhom biswit il-proġetti l-oħra tal-istess Gvern. Is-sitwazzjoni diġà hija diffiċli biżżejjed bil-pandemija.

Dan qalu l-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija ffirmata mill-Kelliema għall-Edukazzjoni Clyde Puli fejn stqarr li skont informazzjoni li ħarpet minn sezzjonijiet tal0-media ġie kkonfermat li t-tfal u l-għalliema tal-Middle School f’Għawdex qed ibatu bl-istorbju u t-trab dieħel fil-klassijiet minħabba l-bini ta’ żewġ proġetti tal-Gvern biswit l-iskola. Ix-xogħol tal-kostruzzjoni li għaddej bhalissa huwa fuq il-bini ta’ Skola Primarja u xogħol fuq il-proġett tal-pixxina n-naħa tal-Gozo Sports Complex. Iż-żewġ proġetti ilhom jiġu mwiegħda snin mill-Gvern Laburista u s’issa għadhom mhux lesti.

Għalliema u ġenituri li wliedhom jattendu din l-iskola qed jgħidu li l-lezzjonijiet ma jistgħux isiru bl-istorbju u t-trab dieħel fil-klassijiet. Dan anke għaliex  Skont il-protokoll għall-iskejjel maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa, it-twieqi u l-bibien tal-klassijiet iridu jinżammu miftuħa l-ħin kollu.

Għalhekk jeħtieġ li Nissaħħu Flimkien ukoll fl-Edukazzjoni bil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għax it-talent uman għalina huwa l-bażi li fuqu rridu nibnu l-futur ta’ uliedna u ta’ pajjiżna.

Fil-viżjoni tagħna l-għalliema u l-edukaturi se jkunu protagonisti tal-bidliet fil-ħiliet li rridu niksbu għas-snin li ġejjin, temmet tgħid li-istqarrija.