Żewġ membri tal-Kabinett tal-Gvern ta’ Robert Abela ma kellhom xejn xi jgħidu dwar għalfejn qed jibqgħu iċaħħdu lill-poplu mill-opportunità li jkun jaf il-verità dwar il-proġett skandaluż tal-Electrogas. Proġett li l-Awditur Ġenerali kiteb rapport ta’ 600 paġna dwaru u li jelenka lista ma tispiċċa qatt qatt nuqqasijiet.
F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Byron Camilleri u s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, il-Ministru Camilleri ma riedx iwieġeb ghaliex il-Gvern Laburista qed jiddefendi dan id-deal, filwaqt li Rosianne Cutajar lanqas biss wieġbet. Bil-Ministru jagħżel li għaldarboħra jżeffen lil Partit Nazzjonalista fi froġa li għamel Gvern Laburista.
Intant, staqsejna lis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar x’komunikazzjoni kellha fis-snin l-imgħoddija mal-imprenditur Yorgen Fenech, implikat fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

Iżda d-Deputat Laburista dehret iffastidjata ferm li għamilnilha din il-mistqosija u insistiet li dik hi ‘l-ħajja personali tagħha’ u li mhux se tagħti rendikont ta’ dan lill-ġurnalisti.

Rosianne Cutajar ma ċaħditx lanqas ix-xniegha li qed iddur fil-kurituri ta’ Kastilja dwar rwol gdid fil-Gvern ta’ Robert Abela.