Lokali Qorti

Koppja tinżamm arrestata fuq 700 gramma kokaina

Raġel ta’ 30 sena u s-sieħba tiegħu ta’ 29 sena, t-tnejn residenti l-Belt Valletta inżammu taħt arrest preventiv fuq akkużi ta’ traffikar ta’ 700  gramma droga kokaina.

Morat Naswan, imwieled il-Libja u Judith Bakoush ġew mixlija li fir-residenza tagħhom fuq il-gwardarrobba instabet d-droga kokaina mill-Pulizija fuq informazzjoni li huma kellhom permezz ta’ terzi.

Il-koppja li huma magħrufa sew mal-Pulizija qalu li huma kellhom din id-droga biex jużawha huma bħala rilassament għal meta jagħmlu t-tattoos. Huma ġew mixlija bi traffikar ta’ droga kokaina kif ukoll pusses ta’ kannabis.

Nawan u Bakoush ġew mixlija li wettqu dan ir-reat nhar it-Tlieta li għaddew kif ukoll li kisru diversi kundizzjonijiet u sentenzi tal-Qorti u li saru reċedivi. It-tnejn wieġbu mhux ħatja, iżda l-mara ma talbitx mill-ħelsien mill-arrest filwaqt

li Naswan qal li għad  irid jiġi determinat minn kellu l-pusses ta’ din is-sustanza. Fit-talba tiegħu biex jingħata l-pleġġ qal li l-perċessjoni tal-innoċenza għandha tapplika.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u Ryan Micallef oġġezzjonat għal din it-talba fejn qalu li ż-żewġ każijiet huma relatati filwaqt li l-imputat ammetta li kien xtara blokka li tiswa €600.

L-Ispetturi qalu oġġezzjonaw ukoll għall-fatt li l-akkużat għandu kondotta kulurita.  Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fejn qalet li mhijiex sodisfatta li l-imputat jista joffri garanzija skont il-liġi biex jingħata l-libertà proviżorja.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras u laqgħet ukoll it-talba tal-Prosekuzzjoni għall-iffriżar tal-assi tal-akkużati. Għalihom dehru l-Avukati Franco Debono u Mario Camilleri.