Lokali Parlament

Ma ttieħdu ebda miżuri wara l-mewt ta’ Miriam Pace

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius sostna fil-parlament li l-pajjiż ma ħa l-ebda miżrua wara l-mewt ta’ Miriam Pace, li mietet meta kkrollat id-dar tagħha kaġun ta’ bini li kien qed isir biswit id-dar tagħha.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, David Agius sellem lill-familjari ta’ Miriam Pace li tilfet ħajjitha f’Santa Venera; il-parlament u l-pajjiż għadu am ta xejn ura għat-telfa li ġarrbet il-familja Pace.

It-traġedja f’Santa Venera fejn mietet Miriam Pace

Il-gvern għandu jassigura li din it-traġeja ma tgħaddix bal ma jkunu ittieħdu l-passi meħtieġa. Jeħtieġ issir anliżi fuq diversi postijiet tax-xogol biex jittieħdu l-azzjonijiet konkreti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hu tajjeb li jsiru t-toroq ġodda iżda hemm problemi kbar għal ċertu familji u kunsilli lokali waqt il-kostruzzjoni. Hemm ukoll diffikultajiet kbar għall-ambjent u għalhekk jeħtieġ jinstab bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent. Jeħtieġ li l-partijiet kollha involuti biex l-isfreġji ambjentali li seħħu ma jergħux ikunu ripetuti.

Xogħlijiet fis-Central Link f’Ħ’Attard

Il-PN qed joffri sistema kif din il-ħsara ma tibqax issir, sostna David Agius, li kompla li kien hemm miżuri li setgħu jittiedu flok ittieħdu l-għelieqi fis-Central Link f’Ħ’Attard. Hu staqsa jekk dan il-proġett hux se jsir minħabba t-torrijiet li telgħin fiż-żona u min kellu jagħmel ti t-toroq fejn ikunu qed isiru t-torrijiet. David Agius staqsa wkoll jekk sarux l-istudji dwar is-sigurtà anki fl-isfond taċ-ċiklisti.