Lokali Parlament

Nuqqas ta’ ippjanar fil-proġetti infrastrutturali

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista kkritika n-nuqqas ta’ ippjanar mill-gvern fil-proġetti ifnrastrutturali li qed isiru fil-pajjiż.

Fid-dibattitu dwar il-Ministeru tat-Trasporti, Infrastruttura u Proġetti kapitali Toni Bezzina qal li kien il-PN fil-gvern li investa bil-kbir fl-infrastruttura u bidel lil pajjiżna minn wieħed b’sistema infrastrutturali tat-tielet dinja għal waħda ta’ pajjiż modern Ewropew.

F’kull settur, inkluż l-infrastruttura, trasport u proġetti kapitali, ressaqna għadd kbir ta’ proposti; mhux lista twila ta’ xewqat iżda proposti konkreti u fattibbli li l-gvern jista’ jimplimenta biex itejjeb il-ħajja tal-Maltin.

Hu kkritika n-nuqqas ta’ ppjanar mill-gvern għall-proġetti infrastrutturali li qiegħed jagħmel.

Diversi problemi dan il-gvern li ġabhom b’idejh; bħat-traffiku, li huwa konsegwenza diretta taż-żieda qawwija tal-popopazzjoni.

In-nuqqas ta’ pjanar huwa karatteristika komuni f’kulma jagħmel il-gvern, mhux biss fil-ħidma inġenerali tiegħu imma anke fi proġetti speċifiċi. Eżempju klassiku huwa dak li qed naraw bħalissa fl-irħula ta’ wara l-mini ta’ Ħal Kirkop, jiġifieri Ħal Kirkop, il-Qrendi, L-Imqabba, iż-Żurrieq u Ħal Safi.

Numru kbir ta’ toroq residenzjali, ftit xhur biss wara li jitlesta x-xogħol fuqhom, jkollhom jerġgħu jinqalgħu għaliex ikun hemm bżonn xi tibdil ta’ servizzi jew jkunu ntesew li jagħddu xi servizzi.

Filwaqt li dan huwa bżonn inevitabbli, jeħtieġ li noħolqu sistema fejn s-servizzi jkunu jistgħu jinbidlu mingħajr ma nerġgħu naqilgħu t-triq. Għaldaqstant, bħala Oppożizzjoni, qed nipproponu li pajjiżna jibda jħaddem is-sistema ta’ service ducts, fejn is-servizzi kollha jkunu mgħoddija minn kanal li jkunu taħt il-bankina u jkun mgħotti b’kaptelli u mhux trinka mħaffra u mirduma fit-tarmak.


B’daqsxejn ħsieb, pajjiżna jista’ jżid l-ammont ta’ nies li jivjaġġaw bir-rota u jużaw l-karozzi tal-linja. Infrastruttura maħsuba sew tista’ ssaħħaħ dawn il-mezzi alternattivi ta’ trasport; bħal per eżempju l-bus lanes u s-cycle lanes, li jistgħu jiffaċilitaw drastikament lil min juża dawn l-mezzi u jqawwi qalb aktar nies biex jibdew jużawhom.

Fil-qasam tal-e-scooters ħoloq regolarizzazzjoni li taqta’ qalb iż-żgħażagħ milli jużawhom u ġġibhom mingħajr alternattiva għall-vettura privata. Jeħtieġ li naraw li mezzi alternattivi ta’ trasport bħall-E-Scooters jkunu finanzjarjament vijabbli għaż-żgħażagħ.

Għalhekk bħala Oppożizzjoni ilna snin nipproponu lill-Gvern biex jassigura li ma’ kull proġett infrastrutturali, jkun inkluż mhux biss cycle lanes, kif ippropona l-Gvern fil-bagit, izda wkoll bus lanes.

In-nuqqas ta’ pjanar u x-xogħol bil-għaġġla konsegwenza waħda biss jista’ jkollu; xogħol ta’ kwalità inferjuri. Fil-flyover li ġiet inawgurata b’tant pompa sena ilu, tant li fuq l-inawgurazzjoni biss intefqu €40,000, ftit wara li infetħet kkollassat biċċa minnha għaliex ma sarulhiex expansion joints. Apparti minn hekk, malajr ħareġ biċ-ċar li t-tarmak li intuża huwa ta’ kwalità inferjuri.

Il-pandemija tal-COVID-19 effettwat it-trasport, partikolarment it-trasport pubbliku, Il-PN ppropona li jitħallew jitilgħu nies bilwieqfa, li l-ħlas tan-noll jibda jsir biss bit-Tallinja Card biex jiġi evitat l-kuntatt mal-flus kontanti, li jitpoġġew sanitisers, li tibda tittieħed t-temperatura tax-xufiera qabel u wara kull vjaġġ u żieda fil-frekwenza tal-aktar rotot uzati.

Dwar l-industrija tal-kostruzzjoni hu tkellem dwar l-importanza tas-settur u dwar id-drititjiet tal-familji u s-sidien tad-djar biswit ix-xogħol.

Il-PN kien għamel 10 proposti lill-gvern biex l-industrija tal-bini tkun tista’ tibqa’ tiffunzjona, il-ħaddiema ta’ din l-industrija jkunu jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom f’post sigur u li r-residenti biswit siti ta’ kostruzzjoni jkunu jistgħu jgħixu f’ darhom bla biża’.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar ir-riformi meħtieġa fosthom li ssir l-implimentazzjoni mill-Building Construction Agency ta’ qafas modern tar-regolamenti tal-bini u tal-kostruzzjoni initulat ‘A Modern Building and Construction Regulation Framework for Malta’. Għalkemm din ir-riforma kellha tidħol fis-seħħ sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 għaddiet sena minn din l-iskadenza, u sa issa għadu ma sar xejn konkret.

Riformi oħra kienu d-dħul tal-Periti Act u r-riforma li tinkorpora r-revoka tal-Avviz Legali 136 tal-2019 iżda l-industrija mhux regolata, il-gvern mhux juri impenn biex jintroduci r-riformi neċessarji, kull min jgħix viċin sit ta’ kostruzzjoni jrid jkollu serħan il-moħħ lil kull ħaddiem li jaqla’ x’jiekol minn din l-industrija.

Il-kriżi li tinsab fiha l-industrija tal-bini ma ġietx riżolta bir-regolamenti li daħlu f’Ġunju 2019. Il-PN esiġa li ssir inkjesta pubblika dwar it-traġedja li wasslet ghat-telf ta’ ħajja ta’ Miriam Pace

Toni Bezzina kkritika l-isforzi li qed jagħmel l-Gvern biex il-warrant tal-Inginiera tinġieb fix-xejn u appella lill-Gvern biex isiru aktar konsultazzjonijiet.