Lokali

Taqliba sħiħa fil-Malta Gaming Authority

Heathcliff Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Gaming Authority

Konferma li l-Kap Eżekuttiv tal- Awtorità Maltija għal Logħob (MGA) Heathcliff Farrugia mhux ser ikun qed iġedded l-kuntratt tiegħu fi ħdan l-istess awtorità.

Fi stqarrija, il-Gvern ikkonferma li anke l-Kap Uffiċjal għal Awtorizazzjonijiet Karl Brincat Peplow mistenni wkoll itemm il-karriera tiegħu fl-MGA.

Sorsi fl-MGA qed jgħidu li din it-taqliba ġiet fi żmien sensittiv immens għal din l-industrija.

Il-perjodu ta’ meta l-kuntratti msemmija ser jiġu fi tmiemhom ser jiġi determinat mil-bord tal-istess awtorità fil-ġimgħat li ġejjin.