Lokali

Titħabbar il-mewt tal-attriċi Margaret Agius

Tħabbret il-mewt tal-attriċi u preżentatriċi Margaret Agius, fl-età ta’ 67 sena wara battalja mal-marda qerrieda tal-kanċer.

Maragaret, li hija l-mara tal-kompożitur popolari, Maestro Ray Agius, nafuha għal bosta produzzjonijiet televiżivi u teatrali li ħadet sehem fihom – fejn kemm-il darba nislitilna tbissima jew demgħa bl-interpretazzjonijiet impekkabbli tagħha.

Hija kienet twieldet fl-Awstralja u ġiet tgħix f’Malta fl-età ta’ 7 snin fejn għal numru ta’ snin kienet ukoll edukatriċi.

Margaret kienet ukoll awtriċi fejn ippublikat żewġ kotba bl-isem ta’ “In Your Embrace” u “Il-Mitħna”.

Bosta kienu dawk li sellmu l-memorja ta’ Margaret Agius fuq il-midja soċjali fosthom l-attriċi u direttriċi Evelyn Saliba La Rosa li ddeskrivietha bħala mara kuraġġuża u b’qalb kbira.

Kif ukoll id-direttur Charles Stroud li ammira d-dedikazzjoni tagħha, li baqgħet tispikka sal-aħħar.

https://www.facebook.com/charles.stroud.92/posts/10158757164129710?cft[0]=AZX3uWLoXAX3k1jaF6fLr41jiK8DlpoiVjXGVSUWfOLBO6E00bJlFImAvK0gcJK7ftkOrroKdllccbaIH2hTyJxlDNICKl8_HSA6i_lQRdCn4YZb4J7atAk-PUtNrmROHlY&tn=%2CO%2CP-R