Knisja Lokali

Tliet kandidati ġodda għas-sacerdozju

Tliet seminaristi fil-ħames sena ta’ preparazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof, ser jitolbu lill-Arċisqof Charles Jude Scicluna biex jaċċettahom bħala kandidati għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali.

Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir nhar il-Ħadd, 1 ta’ Novembru 2020, waqt il-Quddiesa f’Jum il-Qaddisin Kollha fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt
Valletta, fid-9:30 a.m.

Ian Diacono mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema, Gylan Camilleri mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn, u Clive Seychell mill-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara, ser jistqarru pubblikament ir-rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill-Knisja biex iservu bħala saċerdoti.

Filwaqt li jilqagħhom b’ferħ, Mons. Arċisqof, f’isem il-Knisja, ser ikun qed jitlobhom biexmatul is-snin li ġejjin ikomplu jħejju lilhom infushom bi preparazzjoni għall-Ordni Sagri.

Il-komunità Nisranija hi mitluba żżomm f’talbha lil dawn it-tliet kandidati
għas-saċerdozju.