Lokali

Tnejn arrestati fuq suspett ta’ traffikar ta’ droga

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Mara ta’ 30 sena u raġel ta’ 29 sena, residenti l-Belt Valletta, kienu arrestati mill-Pulizija fuq suspett ta’ traffikar ta’ droga.

Wara jiem ta’ osservazzjoni min-naħa tal-iSkwadra ta’ Kontra d-Droga, il-Pulizija waqqfu liż-żewġ persuni fil-Marsa. Tfittxijiet fuq il-vettura u r-residenza tagħhom instabet droga suspettata kannabis u kokaina f’ċirkostanza li jindika li ma kienx għall-użu esklussiv tagħhom.

Bil-każ kienet informata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li fetħet inkjesta. Iż-żewġ persuni se jitressqu l-Qorti iktar tard illum.