Internazzjonali

3 persuni jitilfu ħajjithom f’attakk terroristiku f’Nizza

Tliet persuni tilfu ħajjithom f’attakk meqjus bħala wieħed terroristiku f’Nizza fi Franza.

Rapporti barranin qed jgħidu li l-attakk seħħ qrib in-Notre Dame tal-Belt.

Permezz ta’ tweet is-Sindku ta’ Nizza Christian Estrosi qal li dan kien attakk terroristiku, b’dak li wettaq l-attakk instema’ jgħid “Allah u Akbar”.

Il-Ministru tal-Intern ta’ Franza Gerald Darmanin qal li l-investigazzjonijiet min-naħa tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji ‘l quddiem.