Coronavirus Futbol Sport

Aġġornat il-protokoll mediku maħruġ mill-MFA

Ilbieraħ l-MFA ħabbret aġġornament fil-protocol mediku bl-isem ‘Return to Play’ li ħareġ fix-xhur li għaddew bħala linji gwida ta’ kif il-kampjonati lokali għandhom joperaw waqt il-pandemija tal-coronaviurs.

Fl-aġġornament li sar li jidħol fis-seħħ minn għada, it-timijiet tal-Kampjonat BOV Premier u dak tal-BOV Challenge League issa huma obbligati li fil-lista tal-iskwadra tagħhom irid ikollhom mniżżla minn tal-inqas tliet gowlkipers. Plejer li rriżulta pożittiv għall-coronavirus se jitħalla biss jirritorna għal-logħob wara l-perjodu ta’ kwarantina, irid ikollu riżultat tat-test negattiv u kif ukoll irid jagħmel numru ta’ testijiet mdediċi.

Sabiex tgħin lill-klabbs waqt il-pandemija tal-coronavirus, l-MFA introduċiet COVID-19 test schems fejn il-klabbs kollha huma ntitolati għal numru ta’ vouchers li jissarfu f’testijiet għall-coronavirus għal daw li jkollhom is-sintomi jew ikunu f’kuntatt dirett jew indirett ma xi ħadd li rriżulta pożittiv.