Il-partita bejn Floriana u Birkirkara ġiet posposta wara li l-klabb ta’ Birkirkara ħabbar li fl-aħħar sigħat ħames plejers mill-iskwadra ewlenija rriżultaw pożittiv għall-coronavirus b’konsegwenza li l-iskwadra kollha tpoġġiet fi kwarantina mandatorja.
Din kienet it-tieni darba li l-iskwadra kollha tpoġġiet fi kwarantina mandatorja fl-aħħar xhur wara li fil-preseason kellhom każ ieħor ta’ coronavirus.
//= $special ?>