Lokali Parlament

Arroganza u inkompetenza fl-operat tal-ġustizzja

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalita Jason Azzopardi akkuża lill-gvern li fil-ġustizzja u fil-governanza qed jaġixxi b’inkomptenza u arroganza li ħadu post it-tmexxija ġusta u tajba.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governaza, Jason Azzopardi qal li dan hu budget virtwali bbażat fuq ħsieb u attitudni arroganti u inkompetenti li qed jieħdu post il-komeptenza.

Hu qal li m’hemmx umiltà fid-deċiżjonijiet bil-gvern jakkuża lil min jagħmel kritika bħala tarditur. L-akbar pjaga fil-qrati hi d-dewmien; pjaga li teffettwa liċ-ċittadini b’mod qawwi.

Minn rapport tal-Kmmissjoni Ewropea jirriżulta li l-kawżi ċivili jdumu medja ta’ 1,119 jum biex jinqatgħu waqt li fl-UE l-medja hi ta’ 141 jum. Fil-qrati kriminali l-medja biex jinqatgħu l-kawżi hi ta’ 104 ġurnata waqt li f’Malta l-medja hi ta’ 543 ġurnata.

Hu qal li fl-Appelli Ċivili għandu jinqata’ ż-żmien ta’ madwar tlieta jew erba’ snin biex tinstema’ l-kawża u appella biex il-qorti tkun tista’ tmur għas-sentenza wara li jidħlu s-sottomizzjonijiet.

Jason Azzopardi qal li mhux veru li l-Kummissjoni Ewropa qalet li l-gvern Malti qed iwettaq prattiċi tajbin u kien il-Ministru tal-Ġustizzja li pprova jagħti din l-impressjoni. Kienet il-Kummissjoni Ewropea li kkoreġiet lill-gvern Malti; dan jagħmel ħsara lil Malta.

Ir-riformi qed isiru mhux għall-inizjattiva tal-gvern iżda minħabba s-soċjetà ċivili, fuq quddiem l-għaqda Repubblika. Il-verità oġġettiva hi li l-pajjiż sejjer lura minħabba l-ħmieġ fl-operat tal-gvern.

Il-Forum Ekonomiku Dinji joħroġ rapport kull sena; fl-2019 Malta tinsab fit-38 minn 141 pajjiż u waqgħet lura żewġ postijiet. L-istituzzjonijiet relatati mal-ġustizzja, inkluż l-indipendenza tal-ġudikatura, il-libertà tal-istampa ma waqgħux żewġ postijiet iżda ħafna iktar.

Il-gvern għandu jiddefendi lil Joe Cuschieri; wieħed mill-bażużli ta’ Yorgen Fenech. Il-gvern qed iħalli eluf ta’ impjiegi jsiru vulnerabbli fis-servizzi finanzjarji flok keċċew lil Cuschieri; iżda l-gvern irid jgħaddi mill-Moneyval.

Jason Azzopardi qal li l-gvern qed jumilja lil Malta fl-istituzzjonijiet Ewropej u sostna li kellu l-unur li jiddefendi lil Repubblika fil-kawża li għamlet fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Hu qal li l-gvern Malti kien difiż mill-avukati barranin li lanqas jitkellmu bil-Malti meta jiggradwaw tant avukat Maltin; liema avukat Malti huma bravi u kapaċi. Il-gvern Malti inqeda b’avukati Spanjoli; liema pajjiż fl-UE jmur quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u jkun difiż minn avukati barranin? Dan tal-mistħija, sostna d-deputat Nazzjonalista.

Hu ppropona li ma jkun possibbli li uffiċjal pubbliku juża l-email tiegħu għal xogħol tal-gvern, li jsiru emendi kostituzzjonali biex minn meta jkun xolt il-parlament għal elezzjoni ma jsirux promozzjonijiet, trasferimenti, iffirmar ta’ kuntratti ta’ infrastruttura u li jkun dikjarat delitt kull intraċċ għall-ġustizzja.

Hu ppropona wkoll liġi biex il-ġurnalisti jkunu protetti minn kawżi fi qari barranin, li ssir b’liġi li jitwaqqaf Uffiċċju ta’ Maġistrat Inkwerenti biex jinvestiga minn jeddu każi ta’ korruzzjoni, li jsiru emendi kostituzzjonali biex kull gvern jamministra tajjeb, li kull ċittadin ikun imniżżel fil-kostituzzjoni jkollu dritt għall-amministrazzjoni tajba, li l-gvern ikun il-kustodju tal-patrimonju nazzjonali u tal-benesseri tas-soċjetà.