Lokali Parlament

Budget bla viżjoni u direzzjoni fil-kultura

Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li ħadd ma jaf x’inhi l-viżjoni tal-gvern fis-setturi tal-wirt storiku u l-kultura u sostniet l l-gvern mhux jifhem it-tbatija li għaddejjin minnha l-persuni li jaqilħu l-għajxien tagħhom minn dawn is-setturi.

Meta kienet qed titkellem fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, id-deputat Nazzjonalista qalet li minkejja dan, dawn il-persuni fis-settur tal-kultura għandhom impenn u ideat kif se jiffaċċjaw il-pandemija. Matul il-COVID dawn il-persuni qed ikollhom ifittxu xogħol ieħor; għalhekk dan il-budget kellu jinkludi viżjoni u direzzjoni għal dawn il-persuni.

Fl-industrija tal-films hemm problema li bdew ġimgħat qabel il-pandemija u meta meta l-gvern beda jagħżel hu ma’ liema kumpaniji jrid jaħdem u meta l-ministru tibqa’ taħdmi l-ħidma tal-Kummissarju u r-rapporti ta’ investigazzjoni li saru. Fl-2021 kellhom jitpoġġew il-pedamenti neċessarji fil-kreattivita u l-innovazzjoni biex dawn is-setturi joħorġu minn dan il-mewġ.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li m’hemmx pjan kif se jintuża l-fond allokat fil-budget u sostniet li l-policy l-ġdid adwar il-kultura kellha tkun pubblikata qabel il-budget biex ma jkunx hemm diżgwid bejn il-policy u l-budget. Hi qalet li għandu jkun hemm tmexxij qawwija f’dawn is-setturi, pjan ta’ azzjoni dwar l-effetti tal-pandemija, budget bi pjan, fondi għal riċerka għal azzjonijiet ta’ politika f’din il-pandemija, sostenn tax-xogħol u l-impjiegi, soluzzjonijiet u pjan ta’ appoġġ u indirizz taċ-ċirkostanzi fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà.

Therese Comodini Cachia tkellmet dwar l-importanza tal-investiment u inċentivi bejn setturi differenti biex jaħdu flimkien b’investiment fil-hubs kreattivi. Hi trattat ir-riġenerazzjoni urbani, it-trasparenza fl-infieq ta’ fondi pubbliċi f’dawn is-setturi u politika li tixpruna lis-setturi kulturali għal soċjetà li tapprezza l-kreattività.

Id-deputat Nazzjonalista pproponiet li jkun hemm protezzjoni tal-impjieg, investiment fi produzzjonijiet ġodda u t-tisħieħ tar-rwol tal-media. Jeħtieġ li t-talenti u r-riżorsi umani ma jintilfux, jeħtieġ investiment f’distruzzjoni ġdida biex il-produzzjonijiet jilħqu lill-udjenzi, għajnuna finanzjarja għal attivitajiet tal-udjenza u investiment fi produzzjonijiet ġodda.

Dwar ir-rwol tal-media Therese Comodini Cachia qalet li dan għandu jissaħħaħ għaliex qed tkun il-media li bil-kuraġġ jiżevlaw l-informazzjoni korretta dwari l-pandemija u dwar dak li jkun qed iseħħ fil-pajjiż. Dawn huma pilastru kruċjali li jżomm lill-pajjiż minn xifer l-irdum.

Hi pproponiet assistenza suppplimentari lill-media houses skont in-numru ta’ impjegati, għotijiet għal taħriġ tal-ġurnalisti, għotijiet għal produzzjonijiet kulturali, it-twaqqif ta’ fact-checking newsroom indipendenti li tassisti lill-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom