Lokali

COVID-19: 106 każi ġodda, ifiqu 91

Matul l-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna ġew rreġistrati 106 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 91.

Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 6,083.

Il-Każi attivi f’pajjiżna huma 1,938 filwaqt li dawk imfejqa jammontaw għal 4,040

Din il-pandemija s’issa ħalliet f’pajjiżna 59 vittma.