Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li raġel ta’ 66 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
Ir-raġel kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-26 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.
//= $special ?>